Twelidt f'Familja Striklandjana...

Elezzjoni 2013: Rendikont awto-biografiku politiku

F'dawn il-jiem ta' riflessjoni, bl-arresti tal-bloggers stinati li ma jirriflettux, Pietru Krapatkun* jikteb dwar l-aspett Striklandjan tal-gheruq socio-politici li sawruh, bl-isperanza li ma jgix arrestat ukoll.

 Gejt imwelled f'familja StriklandjanaIzda missieri b'Mintoff spicca nfatwat... ghal xi snin.

Sir Gerald Strickland kien ilu mejjet minn zmien il-gwerra. Hadd ma riedha 'l bintu Mabel, li ma fhemet kwazi xejn bil-Malti u hadd ma ried jifhimha.

Kaduta kienet, qabel bdiet. U b'tifkira tal-familja Strickland, halliet warajha carruta mdensa tal-platti li, jinghad, fi zmienha kienet tapizzerija tal-bellus.

Izda jekk mhux mal-partit ta' Mabel ma' min seta' jintefa' Striklandjan? U xi Striklandjan kont tkun jekk tappogga lill-Partito Nazionalista, l-ghadu l-antik tal-Constitutionalist Party ta' Strickland!

Fil-familja li fiha twelidt jien, Strickland ma kienx biss politikuStrickland u nannuhi, Joseph, kienu terzi-kugini.

Twelidt f'familja b'nannu jghodd aktar minn tlett kwarti ta' seklu, jarmi s-sahha u r-rakkonti.  Tant dam ma zzewweg li jien spiccajt qbizt generazzjoni ta' digenerazzjoni genetika! Fl-ahhar, fl-1935, meta kien ga jghodd nofs seklu u ftitkien izzewweg lil Evelyn Harding, armla ta' Garrone, li kien miet xahar biss wara z-zwieg u tlett snin qabel ma miet missierha, Arthur Harding, bl-Infuwenza Spanjola tal-1918 - sena qabel ma miet missieru William Harding. Dawn it-tlieta mietu kollha fid-dar fejn jien ghext l-ewwel ghaxar snin ta' hajti: 21-22, St Barbara Bastion, Valletta - li kienet il-propjeta ta' nannuhi, Joseph. Hekk hunannti zzewget lil sid il-kera.

Meta twieled nannuhi Strickland kellu biss 23 sena. Ma' qlib is-Seklu Dsatax, nannuhi kien ga jghodd 16-il sena.

Strickland miet 21 sena qabel ma twelidt jien. Jien twelidt mitt sena wara li twieled Strickland. Nannuhi miet xharejn qabel m'ghalaq il-91, xahar qabel ma jien ghalaqt l-14, u 35 sena wara li miet Strickland.

Ir-rakkonti ta' nannuhi kienu tieqa li tiftah ghall-bidu tas-seklu li ghadda u s-seklu ta' qablu. B'hekk sirt naf li twelidt f'familja Striklandjana.

Gerald Strickland kien ghamel zmien igib il-kunjom Strickland-Bonici, izda malajr dawru ghal Bologna-Strickland. Il-kunjom 'Bologna' kien gabu minn kunjom xbubit nanntu, Maria Teresa Sceberras-Bologna, li zzewget lil Pietro Paolo Bonici-Mompalao. Seta' flok zied kunjom nanntu, baqa' b'kunjom ommu, Luisa Bonici-Mompalao, izda fil-gerarkija tal-familji, il-kunjom Bologna kien ferm ghola ghax mieghu kien igorr it-titlu tal-Conte della Catena.**

Tant kien potenti l-kunjom Bologna, li gheleb lil Bonici, lil Mompalao, lil Sceberras, u sahansitra gie anke qabel kunjomu stess, qabel ma ddecieda finalment li Strickland wahdu kellu jibqa'.
 
Twelidt f'familja Striklandjana mhux ghax kien darba jismu Gerald Strickland-Bonici. Izda kwazi ghalhekk.
 
Nannuhi l-iehor, missier ommi, kien habib ta' Giorgio Borg Olivier. Kien ukoll ammiratur kbir ta' Mussolini u fil-gwerra seta' spicca internat l-Uganda. Minghandu smajt il-qanpiena l-ohra. Qanpiena li stajt biss nifhem wara tul iz-zmienijiet...
 
Ghax jien twelidt f'familja Striklandjana... li kienet lahqet qalbet Mintoffjana, u twelidt, allura, f'familja Laburista... taht gvern kolonjali, waqt l-Interdett tal-Arcisqof Gonzi.
 
Twelidt waqt il-kadenza tal-kleru Malti... u mieghu, l-istituzzjoni tal-Knisja
 
Kadenza bhal dik ta' nobbilta li tilfet it-titli u l-mezzi biex spiccat mal-kotra tghajjat, Mintoff, Mintoff, Mintoff! Rivoluzzjoni! Dan mhux sew! Qed ikolli nahdem jien ukoll!
 
Twelidt kmieni bizzejjed biex nara lil Mintoff jgheleb lil Borg Olivier. Sirna nazzjon! Le... nazzjon minn dejjem konna! U maqsum fi tnejn, minn dejjem. In-nobbli u s-serf, in-negozjant u l-lavrant, u anki tal-Blu u tal-Ahmar, iz-zewg kuluri bazici tal-politika tal-massa (illum maghqudin fi klabb tal-bocci fil-Palazz Magisterjali l-Belt, jistennew gagga gdida f'Misrah il-Helsien Indipendenti fiz-ZonaEwro).
 
Is-sebghinijiet kienu maghna. Sirt Marksist, Leninist, Komunist! Ghal erba' snin ghext mas-Sovjetici... Kienu zmienijiet ohra. Illum ghaddew u kollox indifen... 
 
U llum nifhem. Twelidt f'familja Striklandjana, dort id-dutrini politici kollha mas-seba' t'irwieh tal-Punent, biex fl-ahhar ergajt sibt ruhi fejn kont bdejt - fic-centru tal-Mediterranfis-sekli ta' qabel dak li ghadda.
_______________________
 
* Pietru Krapatkun huwa il-psewdonimu attribwit lil Kevin Ellul-Bonici mill-ewwel Maltafly tal-2002.
** It-titlu tal-Conte della Catena (on page: Ctrl F, search: Strickland, then Ctrl+ to enlarge)
 
BEERSEL, 09.03.2013
.