Dwardu Xjiekluna: Ma rridx pistola ma rasi!

 Ma rridx nispicca b'pistola ma' rasi bhal ministru Ciprijott... Izda l-akbar biza' tieghi hu li jiddeciedu li ahna jmiss ghal bailout u nehel jien bla htija... se naghmel minn kollox biex inkunu obbidjenti, li ma naccettawx flus tal-ghadu, biex forsi jhalluna nghixu!  jghid Dwardu Xjiekluna, il-Ministru Malti Ghall-Finanzjamenti Ewropej u Djun PubbliciBankarji.

FLY: Dward, nibdabiex nawguralek f'isem il-kru kollu tan-newsroom tal-Maltafly, u ridt l-ewwel nistaqsik dwar dak li ktibt wara l-ewwel laqgha tieghek tal-Eurogroup. Tidher li staghgibt bl-imgieba tal-kbarat taghna.

DX: Iva, iva, ma rrid qatt inkun flok il-ministru Ciprijott. Ghadek ma tafx kif hassrulu demmu miskin! Trattawh ta' majjal lest ghall-qatla! Biex idejnuhom 10 biljun ewro iriduhom l-ewwel isibu kwazi 6 biljuni minn x'imkien - u qed igieghluhom biex barra li jbieghu id-deheb u l-assi nazzjonali, jiehdu mid-depositi bankarji wkoll...

FLY: Int ktibt li "b'pistola ma rasu" il-ministru Ciprijott kellu jikkooperajaqbel maghhom li jisirqu mid-depositi tan-nies. Kliemek qajjem ftit tar-rix fil-gazzetti Ewropej, taf?
 
DX: Iva, iva, filfatt ghada l-Hadd ghandna laqgha ohra u nahseb se jbezbzuni tnejn talli parlajt zejjed.
 
FLY: U gejt anke rrapportat f'diversi gazzetti li tal-Unjoni ma riedux li tindahal ir-Russja, xtaquha tibqa' "fil-familja". Jigifieri qed jaghtuhom ultimatum biex isibu l-flus sa nhar it-tnejn jew jghaluqulhom il-vit, imma fl-istress hin mhux qed ihalluhom igibu flus minn barra. Dan ghala tghid
 
DX: Kif ghidt, biex kollox jibqa' fil-familja Ewropea... 
 
FLY: Biex id-dejn jibqa' fiz-zona ewro, sewwa, u xej xej Cipru tigi mjassra darba ghal dejjem... Izda ara min qam jghidlek x'ghandek taghmel: it-Tunnu Fenek qal li kieku kien ghadu ministru kien iqum kontra dan is-serq mid-depositi.
 
DX: Meta kien ministru t-Tunnu qatt ma lissen kelma. Nahseb kutu kutu bhali kien joqghod ghax jaf x'jigrilhom l-imqarbin!
 
FLY: Int x'ghidtilhom?
 
DX: Jien kont se nghidilhom, ta! Prudenza, l-ahwa... kont se nghidilhom... imma mbaghad ghidt ahjar noqghod attent li ma nehlux ahna wkoll... ma tafx x'arroganza!
 
FLY: Ma tkellimtx?
 
DX: Tkellimt, tkellimt... imma jahsara kif ghidtlek, mhux billi jghid it-Tunnu, ma tridx tkessaha maghhom... Ghandek lil Schauble igerbeb fuq kulhadd tahsbek qed tghix f'dinja fejn il-Germanja rebhet l-ahhar gwerra... Izda tinduna li dan m'hu hadd, ghax meta titkellem Lagarde tal-IMF tahsibha tirrapprezenta xi kapo-kmandant dinji... u din haga wahda ma' Marju Draghi tal-Bank Centrali Ewropew... Ummi ma kemm nibza' minnu! Jekk ifettillu jboss in-naha tieghek jifqaghlek il-finanzi qabel ma tkun tista' tghajjat 'ajma'... Imbaghad hemm il-Kummissarju Olli Rehn li hsiebu biss biex l-Unjoni Ewropea tinghata l-ahhar ftit poteri li fadal biex tkun tista' ssolvilna l-problemi kollha hi.
 
FLY: ...il-problemi li tohloq l-Unjoni stess, filfatt... Izda int taqbel ma dan kollu ghax bhala MEP dejjem tkellimt il-lingwa taghhom.
 
DX: Iva, iva, dazgur... hekk biss nistghu insalvaw, ghax l-Unjoni Ewropea tkun tista' tigvernana ahjar. Mhux sew kulhadd jipprova jaqla' lira ghal rasu. Tal-Unjoni ghandhom hafna pjanijiet kalkolati u regolamenti supersonici biex kulhadd jaqla' inqas u jaghti aktar, u b'hekk isaltan il-gid ugwali dejjiemi.
 
FLY: Tista' almenu taghti garanzija li f'Malta flus il-poplu fil-banek ma jintmissux?
 
DX: Le, le, f'Malta ghandna garanzija bhal ma kellhom Cipru izda ahna ghandna servizzi finazjarji prudenti. Jien ili midhla tal-finanzjamenti f'Malta. Ghamilt nofs hajti nhuf madwarhom. Bis-sahha tieghi konna salvajna lill-Mid Med Bank u sawwarnieh f'Ejcess BiSi... kont anke f'xi zmien Kapo Dej Servizzi Dej Finanzjamenti biex minn offshore gibthom EU-shore compliant qabel ma dhalna fl-Unjoni, u dan kien meta sirt espert fil-qasam tal-finanzjamenti globali u Ewropej. Kont niehu l-istruzzjonijiet tieghi minghand l-Emerikeni... jigifieri, no bull! Tinsewx ukoll, Fly, li jien kont fuq il-bord li kines il-lira Maltija biex dahhalna l-ewro bid-dejn mimlija.
 
FLY: Nafu x'apparatchik fik, u nikkumpatuk fil-biza' tieghek minnhom, Dward, aktar u aktar meta tqis li d-dejn tal-Gvern Cipprijott huwa komparabbli ma' taghna, ras ghal ras. Huma b'14-il biljuni dejnli jigu 75% tal-GDP, u ahna  mal-hamsa u qed nduru mat-72% tal-GDP. Ma jfissirx dan, allura, li hemm loghba ohra qed tintlaghab u m'ghandha x'taqsam mal-ebda falliment tal-gvern, jew flus "mahmuga" u interessi gholja?!
 
DX: L-imqarbezza ta' Cipru hi li hallew hafna depoziti jidhlu minn barra l-Unjoni, hafna investimenti Russi. Dan mhux sew! Kienu ilhom jghidulhom: Jekk se tilghabuha tal-Cayman Islands fil-Mediterran se ngibukom Puerto Rico minflok! U ma semghux minnhom. Fiz-zona ewro trid tobdi mhux taghmel li trid biex taqla lira!
 
FLY: Mela tahseb li ghalhekk Merkel kienet tant fahret l-ghaqal ta' Gonzi meta kkomparat Malta ma' Cipru?
 
DX: Merkel man-Nazzjonalisti, ghalhekk! Malta u Cipru fl-istess ilma qeghdin bhala dejn nazzjonali, izda l-banek f'Cipru huma tmien darbiet l-ekonomija ta' Cipru, u l-Gvern hallihom jaqilghu lira...
 
FLY: Allura zgur fl-istess ilma qeghdin ghax is-servizzi finanzjarji f'Malta jghoddu mas-seba, tmienja, ghaxar darbiet l-ekonomija Maltija! Ghidilna, Dward, kemm?
 
DX: Ghadna qed naghmlu l-kalkoli, Fly. Tghaggilniex, please!
 
FLY: Doktor Muscat kien qal, aktar minn darba, li l-falliment ta' Cipru gie kagun tal-ispluzzjoni tat-tank tal-gass. Jinkwetak li ghandna Prim donnu qas jaf x'inhu jigri?
 
DX: Le, le, le, anzi, ghandna Prim Ministru ghaqli. Jemmen li jekk inkunu obbidjenti f'kollox - anki jekk inkunu inqas ghonja minhabba f'hekk - dawn mhux se jduru fuqna.
 
FLY: Izda meta tqis kemm irkuprat malajr l-Islanda barra l-Unjoni u bil-munita taghha, ma jidhirlekx li z-zona ewro hija kemm il-mazra, kif ukoll il-kagun ta' dawn il-fallimenti?
 
DX: Eeeee, imma l-Islandizi baqghu barra! Hemm, fid-dlamijiet tal-abbissi f'nofs bahar kiesah, mudlam...
 
FLY: Ma kienx ikun ahjar li almenu zammejna l-Lira Maltija sakemm nistghu, bhalma qed jaghmlu l-Pollakki u c-Ceki fost ohrajn?
 
DX: Kieku jahsbuna qed inqazzuha... wara kollox, ahna l-membri l-godda marbutin li naddottaw l-ewro, mhux bhall-Inglizi, l-Isvedizi u d-Danizi - dawk ghandhom karta bjanka... 
 
FLY: Minn daqshekk veru. Jigbdulhom it-tapit meta jridu. Ara lill-Ungerizi kemm ilhom jaghsruhom ghax mhux dejjem jobdu... Biss xtaqt nigi ghal punt importanti, Dward. Int ghidt li Malta m'ghandhiex ghalfjen tikkontribwixxi ghal dan il-bejlawt ghax ga kkontribwejna? Izda l-kontribuzzjonijiet taghna s'issa ma jammontawx ghat-total ta' €511 miljuni li pleggjajna lill-Bir tas-Skieken tal-ESM. Mhux ahjar tohrog ic-cifri biex ikun jista' jarhom kulhadd?
 
DX: Ga ghidtlek, Fly, tghaggilniex, please, kollox f'waqtu.
 
FLY: L-ahhar domanda: Ghala l-pajjizi fiz-zona ewro biss qed ifallu? Kellna l-Islanda u r-Russja rkupraw fi zmien sentejn. Izda l-Punent donnu waqa' taht sehta. Forsi l-ewwel trid tixpakka z-zona ewro qabel ma tigbed 'l-ohrajn maghha, biex imbaghad nassistu ghall-ahhar kaxxa infernali meta jikkollassa d-dollaru?
 
DX: Domanda difficli ferm, Fly. Li nista' nghidlek hu li l-akbar biza' tieghi hu li jiddeciedu li ahna jmiss ghal bailout u nehel jien bla htija. Ghaldaqstant, se naghmel minn kollox biex inkunu obbidjenti, li ma naccettawx flus tal-ghadu, biex forsi jhalluna nghixu...!
 
FLY: Grazzi, Doktor Xjiekluna. Nawguralek fejqan mill-biza' li hakmitek, u ninsabu fiducjuzi li se taghmel minn kollox biex ma jwahhlux fik.
 
DX: Grazzi tal-fiducja, Fly.
.