Fondi Ewropej minn butna


Click on image to enlarge


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 

- LOKALITA: KWARTIERI TAL-PIETA

"Din tal-fondi Ewropej ghal-pipeline tal-gass qed thassibni bil-kbir," sahaq il-Gonz, li issa kien qed ikollu dubji serji dwar l-ghanijiet ta' Sajmint Buzuttin.  "Int tahti li tfajniha fil-programm minghajr hsieb ta' xejn!"

"Tibza' xejnMela ma rajtx kif Gowzef kompla maghna!" tennilu Sajmint, frisk, frisk, qisu xejn m'hu xejn.  "Kull ma nghid jien fuq l-Ewropa jsir benfatt."

Il-Gonz ikkalma. Kien jiggustah wisq meta jharislu qisu l-vavu bewwiel ta' Brussell... mgharuf ghall-buzullotti sottomaneski sopraskullati... mistura u mohbija, izda mikxufa u mgharufa... Benfatt!

"Minn daqshekk Gowzef kompla maghna, veru. €700 miljuni qal se jiswina - €500 miljuni mill-EU u xi €200 miljuni mill-Gvern Malti biex inkunu hrigna l-kwart..."

 
"Qed tara kif kompla maghna," rega' tenna Sajmint b'dahqa ta' apparatchik Brussellwaz.
 
Dahqu t-tnejn flimkien. Fejn tidhol l-Unjoni l-partiti qajla kienu jmieghru lil xulxin. Il-poplu kien wisq illuppjat biex jgharaf bejn il-fatti u l-impatti, l-imbatti u d-disfatti.
 
"Skuzawni, ta..."
 
Inhasdu t-tnejn. Kien lehen Bulculuvier, li kien ha post l-ifjen ghamara fl-ufficcju tal-Gonz, u ta' spiss tintesa' kienet il-presenza mistika tieghu f'Tal-Pieta.
 
"X'inhi l-problema? Ma jaqduniex b'mitt miljun fis-sena ghal hames snin...?"
 
Il-Gonz qataghlu b'harsa maternali.
 
"Mela l-Unjoni hsibtha r-Regina! Ghandna xorti rnexxielna ntellghu il-bilanc biex qbizna s-60 miljun netti! U int trid 500 miljuni ghal pipeline?!"
 
Bulculvuier ma fehemxBuzuttin kompla qeridlu l-linja tal-hsieb.
 
"Taf xi jfisser dak, Paolo, hux? Ifisser li kull meta tara billboard li jghid Progett ko-finanzjat 75% mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, ikun fil-fatt progett imhallas 62% mit-taxxi tal-Maltin."*
 
Bulculuvier kien donnu beda jifhem, izda Sajmint rega' zvijjalu l-ferrovija...

Interactive Link


"U kull billboard li wahhalna fl-2009 missu kien jghid 7% biss finanzjat mill-EU u 93% mill-poplu Malti, ghax dik is-sena b'bilanc ta' xi seba' miljuni spiccajna!  Qas haqq l-ispejjez amministrattivi burokratici!" >> Klikkja fuq l-istampi 
 
Kien sar ihobb jilghaba tal-kritiku fi hdan il-partit. Hadd ma kien jobsor li kien ikun filfatt qed joqros lill-Gonz. 
 
Dak il-hin mohh Bulculuvier xeghel bhal bozza tal-hmistax f'xemx tizreg.
 
"Allura kull min jiehu mill-fondi tal-EU missu l-ewwel jirringrazzja lil poplu Malti," qalilhom, bhal vavu li ghadu jiskopri li Father Christmas ma jezistix.
 
"U l-loghba mhux biss fil-bilanc tintrebah," zied il-Gonz. "Skond ukoll kemm jirnexxielna nigru wara progetti fil-limiti ta' fondi li joffrulna f'kull skema li jniedu..." 
 
"Tahseb li xi darba nersqu lejn bilanc ta' €100 miljun fis-sena?" staqsa Bulculuvier, ghajnejh imbexxqa qisu beccun mghaxxex bil-ksieh.
 
Il-Gonz dar lejn Sajmint b'harsa pjetuza qabel dawwar harsitu lejn ritratt mal-hajt inkwadrat tal-Kbir Eddie. 
 
"Il-bilanc jonqos jista' mhux jizdied. Lulju li gej tidhol il-Kroazja. Pajjiz fallut iehor. U Malta titla' skaluna ohra fil-gerarkija Ewropea tal-imjassrin li jifilhu jhallsu iktar taxxi..." 
 
Il-Gonz waqaf hesrem. Intilef f'eku tal-imghoddi remot u hsiebijietu qabdu x-xmara lejn zmien l-azzjonikattolka... meta konna nafu fejn konna, anke jekk imkien ma konna..., haseb, b'dema' tfawwar f'ghajnu l-bghatuta hekk kif lemah tmiemu joqrob hesrem. Dak kien zmien! ...meta konna aghar... jahsara, kemm konna ahjar...
 
Il-vjagg silenzjuz tal-Gonz u l-hsieb nassabi ta' Sajmint taw cans lil Bulculuvier jifhimha u jahdimha.
 
"Allura meta jidhlu l-pajjizi l-ohra tal-Lvant u nibdew nohorgu iktar milli ndahhlu il-billboards immisshom jghidu: Progett finanzjat 100% mit-taxxi tal-Maltin bi ftit iehor ghall-haddiehor."
 
"Bravu! U daqt naslu ghaliha dik - biex tara kemm avvanzajna," tarraflu Sajmint, mixtieq ghal kull deni possibbli lejn il-gvern ta' Gowzef il-Ginger... Mill-Gonz inkunu hlisna... kapo jien inkun ilhaqt... u b'kull ghawg li Gowzef jibla'... ... ...
 
F'daqqa u l-hin hasadhom hoss makabru, segwit minn dahna bajda li bhal ruh fantazmika resqet passtejn lejhom u waqfet. Fil-boghod instemghet karba Maltija minn zmien iehor, riesqa, sa ma fl-ahhar beda jidwi eku spirituz mill-passat ricenti:
 
Mitt miljun fis-sena! Mitt miljun liri Maltin mill-fondi Ewropej...
 
Trid tkun tassew fatat biex flok titwerwer mill-babaw tibda thaddem mohhok. Izda dak li ghamel ghall-ewwel darba f'hajtu Bulculuvier: 
 
Mitt miljuni Maltin kienu jaghmlu 240 miljun ewro... iebsa, hej, haseb, waqt li ttawwal mit-tieqa lejn is-shab xitwi, imhasseb ferm dwar it-teatrin li kien sab ruhu fih.
 
"Forsi napplikaw taht xi European project...," qallhom, hosbien izda intiz. Kien jissahhar bis-shab griz...!   "L-energy grid Ewropea, forsi...  tkun taghhom, imma x'mhux u min mhux?"
 
Hsiebu fis tar lejn il-mina bejn Malta u Ghawdex... "Tghid ma niehdu xejn mit-Trans-European Road Network...? Suppost tant nafu nakkwistaw! U qas kapaci nghidulhom li Ghawdex repubblika ghalieh...!"
 
Izda hadd ma kien qed jisimghu fid-dimensjoni teatrinali. Ghax Sajmint u l-Gonz kienu lebbtu 'l-barra bi twerzieqa ggammjata f'gerzumthom.  
 
"Dwar li gara ma nsemmu xejn, Sajm," qallu l-Gonz kif gie f'tieghu. "F'gieh il-mitt miljun fondi! Ma rridux jghadduna b'imgienen!" 
 
Kien dak il-hin li f'mohh Sajmint faqset idea ohra favoluza...
____________________________________________________________________________________
Data sources:
Related:
_________________________________________
 * EU Funding: Calculating the True Figures
The billboards claim that 'EU funded projects' are 75% co-financed by the EU. This is how the mantra goes. EU money pours in at the rate of 75% per project. But on a macro scale this can only be true if Malta did not directly contribute to the EU budget. So the 75% is an illusory constant and we need to account for Malta's annual contribution as a percentage of incoming funds. This balance ratio is the variable  that truly defines what Malta pays out aggregately for each project.

(NOTE: Malta's
 contributions to the EU budget in 2011 amounted to 48.8% of the total funds received. This was the best year since the early post-accession funds, as the rate was higher in the preceeding years: for 2010 it was 54.5 %; for 2009 a staggering 90.1%; for 2008, 68.9%; and for 2007, 64.0%).
 
Accounting for Malta's annual contributions to the EU budget, therefore, we can work out the actual cost to the Maltese taxpayer for each so-called EU-funded project, or grant to private entities, with the following formula: 
where,                                                                
'x'  is the actual cost to the Maltese taxpayer (accounting for Malta's contributions to the EU budget)
'y'  is the amount directly funded by the Maltese taxpayer (generally 25% of total cost, diversely if private applicants are involved)
'e'  is the amount funded from the EU budget (generally 75% of total cost)
'h'  is the total Maltese contribution to the EU budget for the given year (hrug)
'd'  is the total EU funding received in the given year (dhul)
 
Applying the formula for percentages (e + y =100), we can see that the project billboards across Malta claiming 75% EU co-financing would have been truer with the following figures:
  • 2011: 62% Malta,  EU 38% 
  • 2010: 66% Malta,  EU 34%
  • 2009: 93% Malta,  EU   7%
  • 2008: 77% Malta,  EU 23%
  • 2007: 73% Malta,  EU 27%

(Of course, net contributing countries pay up 100% of 'EU-funded projects' plus a little extra for projects and grants elsewhere, including countries outside the EU)