Il-Lejl tal-Flixkun Oskur


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 
- LOKALITA: CENTRU NAZZJONALI, MY LAND


• Il-Ginger ha postu mal-mejda bla kliem. Is-skiet kien iktar wiehed ta' biza' milli stima.

"Wasal iz-zmien tal-bidla, l-ahwa," qabad u qalilhom, minghajr ebda introduzzjoni, hekk kif hall il-cufflinks u llaxka t-tongs minn xaqq warranitu. Dik l-imbierka imhatra li fettillu jaghmel ma' Mixell!

"Mal-era tal-Gonz spiccat l-era t'Eddy, l-era tal-money-no-problem, l-era tad-dejn hieles..." Waqaf ghal mument biex id-dixxipli tieghu jixtarru l-kobor tal-mument.


"...l-era tal-illuzzjoni dizilluza..." kompla l-Ginger b'ghajnejh imberqin u fissi.

"Zmien is-serjeta, issa!" zied Dwardu Xjiekluna, waqt li hakk il-bajd u ghemez lil Missier Xandru, li issa kien ha post Anglu fil-battalja lejn il-prosperita u s-sliem tal-poplu Malti.

"Dik l-era llum spiccat, u flokha bdiet era gdida," kompla l-Ginger, bhallikieku l-ebda Xjiekluna ma tniffes.

"Era ta' dejn perpetwu nazzjonali strutturat, aggornat mill-Unjoni, ghaqli u san, fejn il-flus jinholqu mix-xejnmill-ftit biex jiddejnu mill-hafna; fejn kull investiment jintrebah mill-imghax akkumulat, frott il-hidma tal-intraprizi u l-haddiema Maltin, kburin bil-munita li tjassarhom waqt li demmhom tixrobilhom bla ma jobsru."
 
Il-pawza segwenti kienet misthoqqaKienu saru jghogbuh wisq dawn il-pawziet. Kien hemm mumenti fejn kien jisthajlu Mussolini. Izda Bill Clinton zgur kien iqatta' ikbar, anki jekk mhux wisq fit-tul.
 
"Ghadda z-zmien meta ridt tkun ghaqli biex tmexxi gvern..." kompla l-Ginger b'arja li kienet tirrifletti l-kunfidenza li dan l-gharfien tah.
 
Illum makakk trid tkun, haseb x'kien qallu Gorg l-iskarpan taz-Zejtun, hekk kif ghajnejh waqghu fuq id-daqna bajda ta' Missier Xandru. Mhux se nordnalu jqaxxarha - dik il-lemha ta' xih ghaqli tiswa wisq illum...
 
"Gvernijiet kellna bir-rimi, izda ghaqal ftit li xejn," qabez Tonibela Teletubi, b'xofftejh angelici imcappsa bil-bews tad-duda.
 
"Il-governanza ta' pajjizna ga tinsab f'idejn l-Unjoni, l-ahwa. Il-gvern li jmiss m'ghandux ghalfejn jahseb wisq, ghajr dwar kif se jdawwar ic-cifri li jhallulna, u min se jinqeda bil-kuntratti," zied il-Ginger, hekk kif hareg flixkun xampanja enormi minn go kaxxa bir-roti u talab lil Missier Xandru jghinu. 
 
Kien flixkun ileqq kulur il-fidda; tant fin li gieghel lill-Gaj jilghaq xofftejh. Xjiekluna rega' hakk il-bajd. Tonibela bghat sms lit-Teletubi: Se nittardja. Il-lijder f'burdata tajba llum.
 
"Dan huwa flixkun xampanja tas-sowxjalist internejxinal," spjegalhom il-Lijder. "Kien tahuli l-ex kapo taghna Tinu Xulz wara li xrobnieh kollu bejnietna u bielna fih..."
 
Il-qrusa li feggghet fuq ucuh id-dixxipli dak il-hin kienet tgheleb il-qrusa fuq wicc il-Ginger dakinhar li ntebah, fl-2003, li Dos Santos kien se jibqa' lijder, u dan wara li kien kitiblu obitwarju politiku mill-iprem li spiccah "Inhobbok Fred" - hames snin shah qabel ma rrezenja*.
 
Ahfirli Fred...
 
"Kif qed taraw, il-flixkun jinsab issigillat daqs li kieku qatt ma nfetah," zied il-Ginger.  "Dan jissimbolizza l-politika taghna Ewropea, l-ahwa, u jien se nghallimkom kif tissigillaw il-flixkun!" 
 
Il-Ginger berraq ghajnejh u tbissem tbissima wiesgha aktar minn bieb il-garaxx ta' Mixell.
 
"Ciss! Tajba di!" lissen il-Gaj, ferm dizappuntat issa... Biex kien gej il-lijder illum!
 
"M'intomx tifhmu s-simbolizmu," qallhom il-Ginger b'fermezza Stalinizzanti.  "Il-politika taghna tahdem fuq l-istess principji."
 
Id dixxipli tfixklu. Dan f'sensieh, jew?
 
Il-Ginger hass il-pacenzja titmermirlu. Puuu ghal wicckom kemm iddumu biex tifhmu!
 
"Iktar ma nixorbu xampanja, iktar ikollna x'nuru fil-vetrina minghajr ma hadd jobsor xejn," spjegalhom, bhallikieku kien qed ikellem lit-tfal. 
 
Narakom dalwaqt, kien il-messagg ta' Tonibela lit-TeleTubi, hekk kif prepara biex jiskappa.
 
Izda kien gharralu bil-kbir. Ftit seta' jobsor dak il-hin Tonibela li l-Ginger kien ghadu qas biss beda dak li ghal mitt sena shah kien se jibqa' jissemma bhala "Il-Lejl tal-Flixkun Oskur".
 
Kien wasal il-waqt li l-Ginger jispjega dak kollu li kien tarraflu Tinu Xulz fil-Kastell ta' Magog ftit jiem wara li nhatar lijder.
 
Is-socjalizmu Ewropew kien jorbot mal-Marksizmu internazzjonali - jew 'globalizzazzjoni' - immexxi minn ucuh mhux mikxufa, ghad li mgharufa, b'ghanijiet kompletament kuntrarji ghal dawk tal-politici z-zghar u l-attivisti suppressati, imjassra mal-bqija tal-popli ingannati. 
 
Dan kollu, kwazi, il-Ginger kien se jispjega permezz ta' parabboli parabolici fejn il-kuntrarju oppost isir is-sewwa kompost...
 
U kollox kien se jkun mifhewm kjarament kuntrarjament... ir-rebha tas-socjalizmu-taparsi fuq il-kapitalizmu-taparsi... socjalizmu korporattiv, kapitalizmu kollettiv, faxxizmu internazzjonali... suq hieles tassew, immaniggjat minn bankiera globalisti, korporatisti, sangisugisti, lejn konkwista b'diversi toroq, fejn tistghana l-illuzzjoni demokratika, bil-jasar tant fin fil-vini jidhol li hadd bih ma jintebah...
 
"Dak li se nghidilkom il-lejla huwa sostanzjalment addattament tal-oskurita ta' Xulz riflessa fi flixkun simboliku," kompla l-Ginger.
 
"Jien gejt fostkom b'missjoni, l-ahwa. Il-migja tieghi f'dan il-bnazzi falz qed thabbar il-burraxka primeditata li tinsab riesqa lejna.  Jien hu ir-ragel tal-mument," qalilhom, waqt li habbat fuq sidru. 
 

Id-dixxipli kienu issa lesti biex jisimghu.

"A Man for All Treasons," tenna l-Ginger bi tbissima okkulta, cert issa li l-parabboli kellhom ikunu iktar kjaroskuri mill-oskurita ta' Xulz biex jirriflettu l-politiketta Maltija tal-Ahmar u l-Blu jissieltu f'teatrin parrokkjali, bil-Hadrani l-mitluf jipprova jilghab noli bla ma qatt ifegg.

Kemm hi fortunata Malta li se jkollha lili Prim Qaddej!  

..........................................................................................................
* [L-Orizzont, 16.04.2003 - ir-referenza tezisti biss fuq il-fly ta' dari (web.archive.org)]