Il-Mewta Tragika ta' Dr Stencil

Two news reports from a parallel earth, dated 13.12.2176, from Il-Gazzetta ta’ Kulhadd


Click here for Reports 1 & 2 in the Multiverse Timelines series

MMTR Reception 3
Timeline: MS0625s: 13 December 2176
Locality: The Maltese Islands, Sicily-Malta Region,
              European Union of Servile Serf Regions (EUSSR)

Jasal Benedetto ghall-funeral ta' Dr Stencil

Jirrapporta Nightsky Borg-Spiteri-Xo

L-ahbar tal-mewt tragika tal-Prim Sindku EmerituDr Stencil Borg-Fenech-Olivawasslet biex jasal fostna tard il-bierah il-KoPresident  tar-Regjun Sqalli-Malti, Dottor Benedetto - li kif nafu kunjomu ma jistax jixxandar.

Huwa gie milqugh mill-KoPresident Malti, Dr Borg Shriha-Malizia, li fetah il-Kunsill Provincjali Malti ghall-okkazjoni. Attendew ukoll il-Prim Sindku Borg-Cassidy u l-Prim Alternattiv Borg-Abdulhadrani, flimkien ma' Membri tal-Kunsill Provincjali, tal-Gustizzja Inkwizitorja, l-Burokrazija Faktumattiva u l-Univerista Dogmatika Provincjali ta' Malta.

Beda' l-indirizz tieghu il-KoPresident Malti, li qal li Dr Stencil jibqa' mfakkar ghall-istima li kiseb minn Brussell, “li sahansitra wasslet lil Kummissjoni biex torganizza l-krismissparti tat-2161 propju hawn Malta”.

"Niftakru wkoll kemm ferah fit-2154 meta minn provincja Malta saret KoRegjun flimkien ma’ Sqallija.

"Dak iz-zmien Dr Borg-Oliva kien ghadu jibda fil-Partit Newropagan, izda kien ga wera xi stoffa kien se jsarraf," tenna l-KoPresident Malti tar-Reggjun, fost biki, capcip u titwib.

Tkellem imbaghad il-KoPresident Sqalli, li qal kien sar jaf lil Dr Stencil ricentement, meta, bhala Prim Sindku tal-provincja Maltija huwa tela' Sqallija biex jircievi l-Premju Van Rompuy ghal hidma favur il-paci fost il-gellieda kontra l-ghadu tirrurista fornut mis-Sijajej.

Dottor Benedetto gibed tbissima minn fomm kulhadd meta fakkar kif Dr Srencil kien qata' z-zigarella tal-Mina De Gaspari gurnata qabel ma din kellha tigi inawgurata.

"Kien hemm min qal kien zball primeditat. Ohrajn qalu kien zball primordjali pri-ordnat... Izda xi izball, l-ahwa!" qal Dottor Benedetto kommoss u agitat.  "Zball li serva biex lahqet infethet il-mina qabel ma din sfrundat l-ghada - att ta' sabutagg, m'hemmx dubju, mill-anarkisti assocjati mal-ghadu tirruristiku tal-AlCIAda Inc.," tenna l-Co-President, hekk kif ixxota d-dmugh u resaq lejn ritratt ta' Dr Stencil biex tah l-ahhar tislima.

Qabel telaq, Dottor Benedetto talabna nfakkru li huwa dixxendenti tal-fundatur kbir Reggjan tas-seklu l-iehor, li kunjomu ukoll ma jistax jissemma.

Il-funeral ta' Dr Stencil mistenni jsir privatament ghada fil-Kappella Faderhileri, Cannabis Drive, PacevilleCity Village-Town.
 

Dr Stencil gie maqtul, tiddeciedi l-Ewropol

  • L-Ewropol tiddeciedi li hemm evidenza cirkostanzjali mhux ambigwa li Dr Stencil gie maqtul
  • Mistennija jittellghu il-Qorti seba tirruristi hatja taht l-akkuzi

Jirrapporta Spacey Borg-Abela-Vella

 Il-mewt tragika tal-eks Prim Sindku, Dr  Stencil Fenech Borg-Oliva, gabet aktar niket illum hekk kif gie zvelat illi Dr Stencil fil-fatt gie maqtul u l-pulizija mistennija tressaq il-Qorti seba' anarkisti-tirruristi mill-ghaqda 'Qawmien Anonimu: Wahhlu F'Min Jaqblilkom'.

Huwa mgharuf illi hekk kif Dr Stencil gie rrapportat li miet bil-virus qerriedi tal-pharmaswine flu dawn l-anarkisti dawru tgharif falz dwar il-mewt tieghu, fosthom li s-super-vaccine Autistic Tantrum kienet appuntu il-kagun ta' mewtu, att li gieghel lill-agenti tal-Ewropol jisthargu l-possibilta ta' politicidju.

Sorsi fl-ufficcju tal-Avvukat Per Segwitu Generali qalu lil-Gazzetta' ta' Kulhadd  illi Autistic Tantrum hija wahda miz-zewg super-vaccines approvati mis-Segretarjat Ghas-Sahha Pubblika Ewropea u ghallhekk ma tista' qatt tikkawza hsara.

L-Ufficcju tal-Avukat Per Segwitu indikalna illi "skond l-investigazzjonijiet tal-Ewropol instabet evidenza cirkostanzjali mhux ambigwa li jaghti lok ghal suspetti ragjonevolment sani li s-seba anarko-tirruristi indikati minnhom huma fil-fatt hatja tal-politicidju ta' Dr Stencil..."

Huwa mifhum illi dan huwa politicidju ta' Livel 8, li jsarraf daqs 10 omicidji.

Is-seba tirruristi, li isimhom jibqa' sigriet, mistennija jitressqu l-Qorti ghada filghodu, biex il-Qorti Maltija imbaghad tistenna l-evidenza migbura mill-Ewropol.

Sorsi fil-Pulizija qalulna li ma jafux bid-dettalji tal-kaz u bhal haddiehor se jistennew l-evidenza tigi sottomessa mill-agenti tal-Ewropol. Huma jisperaw li l-Persegwitur Ewropew jaghti l-importanza misthoqqha lil dan il-kaz u jitrasferieh minnufhih fil-Qorti Tal-Gustizja Tirruristika Ewropea f'The Hague.

Kellna l-konferma, wkoll, li is-seba tirruristi huma Maltiin li ghal snin shah ilhom intizi biex jimmalafamaw il-miraklu tas-supervaccines. Wiehed ghalhekk jobsor ghall-liema mottivi dawn qatlu lil Dr Stencil biex wara xerdu t-taghrif falz.

Hu maghruf illi dawn fixklu l-investigazzjonijiet tal-Ewropol billi hadmu barra l-InterGlobalNet u uzaw il-karti biex xerdu l-gideb sovversiv. M'hemmx dubbju, jghidulna sorsi fl-SS Malti, li akkuza minnhom se tkun it-tixrid tal-karbonju bl-uzu tal-karti.

Il-Gazzetta ta' Kulhadd  ikkuntattjat il-Palazz tal-Inkwizitur fejn skoprejna mis-security tad-DG Malta tal-Ewropol li l-kaz kien klassifikat 'mhux fl-interess tal-poplu' u ghalhekk kellna minnufih nieqfu minn kull stharrig iehor.