Il-Muscatieri ta` Malta: Il-Bidu


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA
- LOKALITA: CENTRU NAZZJONALI, MY LAND

Il-Ginger* kien jaf li l-honeymoon kien wasal fi tmiemu.

Issa beda l-ahhar festin ghalija, lissen bejnu w bejn ruhu. Kif tghaddi din il-kampanja elettorali jien se nilhaq Prim Ministru...

Harsitu waqghet fissa lejn il-hajt. Beda jhoss li kellu jishet is-siegha u l-mument. Ma kien mument tajjeb xejn li tilhaq prim ministru waqt l-ahhar jiem tal-bnazzi qabel il-burraxka l-kbira.

Il-poplu zgur fija jwahhal, beda jhewden, hekk kif qasam il-kamra biex hareg minn gol-but tal-kowt id-DVD li kienet xtratlu Mixell ghal krismiss.

Izda waqaf hesrem f'nofs l-ufficju. Harsitu intrebhet mill-cover tad-DVD.

De Tri MUSCATeers. Tbissem. Tlett mustaccuni! Dak li ahna! Bil-mustacci mqaxxra!

Istantanjament gietu ispirazzjoni grandjuza. Kien se jiehu gamble. Decizjoni ta' tlett sekondi kollox... izda decizjoni storika!

Kien dak il-hin li habbat il-bieb tal-ufficju.

Kienu Anglu u Toni, li stghagbu mhux ftit kif raw lill-lijder stendut b'idu mghollija qisu Manwel Dimech.

"Kollox sew, Joe?" staqsa Anglu.

Il-Ginger ma qaghadx idur mal-lewza:

"Kieku Mintoff x'kien jaghmel?" staqsihom, b'rizoluzzjoni ta' Napuljun qabel l-assedju ta' Moska.

"F'liema sens?" staqsa Toni, mahsud.

"L-affarijiet fiz-zona ewro sejrin mill-hazin ghall-aghar, u mill-aghar ghall-isptar," beda l-Ginger, hekk kif beda jippassiggja donnu qed jithaddet wahdu.

"Inutli nippretendu li din il-burraxka mhux se tolqotna, galadarba tal-Unjoni se jkomplu jgieghluna niddejnu aktar ghal haddiehor, waqt li jissikkawlna ic-cinturin sas-sinsla," qallhom b'ton li qatt ma kienu semghu qabel mill-lijder.

"U ijja," qatghalu Anglu. "Mhux il-Germanizi se jhallsu l-izjed la jibdew joholqu l-buqxiex bir-rimi?!"

"M'intix tifhimni," hatfu l-Ginger b'forza ta' ljun. "Id-dejn qed jizdied b'mod allarmanti. U meta nkunu fil-Gvern se nkunu marbutin bit-trattati li ffirmaw tal-GonziPN. Biss-biss, se jkollna nissellfu aktar minn 500 mitt miljun ewro biex indejnuhom lil dawk li jinsabu aktar midjunin minna."

Il-Ginger beda jhoss l-ispirtu jikbirlu.

"Mitt miljun minnhom biss-biss se jmorru ghall-banek falluti Spanjoli! Mela ahna se nibqghu nghidu IVA, jew!"

Anglu u Toni ma qalu xejn. Kienu mistghagba bil-forza l-gdida li bdew jaraw fil-Lijder taghhom.

"U mis-sena d-diehla," kompla l-Ginger, "bit-trattat fiskali se jkollna ferm inqas kontroll fuq il-budget, u l-Unjoni se titlob ferm iktar awsterita.

"L-ahwa, jien mhux prim ministru se nkun, izda Prim Sindku..." lissen il-Ginger, imbikkem.

Anglu u Toni baxxew rashom ghal din ir-realta tant fastidjuza.

"Dahluna fis-sqaq tal-bailout u ma nistghux nohorgu minnu," tenna l-Ginger, perturbat.

"Heqq, dak li hadna bil-money no problem ta' Fenech Adami," qallu Anglu, waqt li rranga l-maktur fil-but tal-gakketta biex jidher aktar funky.

"U Gonzi ma qaghadx lura wkoll!" zied jghid Toni, hekk kif wasallu messagg urgenti fuq il-mobile... Kienu t-Tele Tubi... Stiednuh ghas-serje l-gdida ta' programmi...

"Ghalhekk staqsejtkom jien, l-ahwa!" kompla il-Ginger.

"Kieku Mintoff x'kien jaghmel?"

Id-domanda issa kienet retorika. Ilkoll kienu jafu x'kien jaghmel Mintoff, tant li Toni irrisponda lit-TeleTubi: Se nkunu busy hafna. Nghidilkom il-lejla t-Tattingers.

Li kieku dak il-hin kien hemm ghasfur li pespess f'widnejn il-President Barroso u l-President Van Rompuy x'forma ta' komplott sovversiv kien qed jitwettaq fil-provincja ta' Malta, kieku zgur dakinhar kienu jiehdu l-passi mehtiega biex l-istorja kienet tiehu xejra ohra.

Izda mhux hekk gara. U l-Ginger, Anglu u Toni issa kienu decizi, anzi determinati: Kienu se jitilghu Brussell bhala delegazzjoni Maltija storika. Kienu se jpoggu l-kaz ta' Malta fuq il-mejda ta' Barroso u Van Rompuy. Kienu se jiddefendu lill-art twelidhom minn din il-hakma ingannuza.

U fuq kollox kienu se juruhom li, ghad li ta spiss nibilghu ir-ross bil-labra,  minn ghajn il-labra lilna l-Maltin hadd ma jghaddina!

Ol 4 wann end wann 4 ol !

"U niehdu 'l-Guy maghna, wkoll, ha niehdu naqa good time," qallhom Anglu, waqt li cempel lil Gemma biex issahhanlu l-minestra ghax jasal daqt u qed ihoss id-debbolezza.

Tkompli zgur...

- Sadattant, isimghu lil Dom Mintoff u George Borg Olivier f'seduta tal-Parlament, 29 ta' Dicembru 1971

* NOTA: "Il-Ginger" huwa il-laqam li bih Duminku Mintoff kien onora lil Joseph Muscat biex b'hekk gie stabbilit neksus bejn iz-zewg lijders.