Minn disfatta jgibha fatta

Kif €89 miljuni (Lm37m) fis-sena saru €1,128 miljuni. Il-Maltafly tizvela x'gara wara l-kwinti...


Click to enlarge

Xtaq €855 miljun ghal seba' snin. Kien anke joqghod b'€680m. Minflok tawh627m - jew89m (Lm37m) fis-sena - u gie qalilna li akkwista €1,128 miljuni! Hafna belghuha li Gonzi gab id-doppju ta' dak li talab, meta fil-fatt gab €53m inqas. Aqraw dwar il-grajja tal-elf  u mija u tmienja u ghoxrin miljuni li qatt ma kienu...

• Il-Gonz kien sar ihobbu wisq lill-President Herman Van RompuyF'Novembru li ghadda kien rega' kellmu dwar it-tnaqqis ta' 45% ghal Malta mill-budget Ewropew tas-seba snin (2014-2020).

"Ahna mistennija nohorgu l-fuq minn €500 miljun f'kontribuzzjonijiet lejn il-budget Ewropew," kien qallu l-Gonz, imbikkem.

"Dawn kollha mit-taxxi tal-Maltin! Izda hafna mill-fondi li nircievu jmorru fuq l-irjus, ghar-racanc u l-hela, u se jkollna nohorgu bagatella ohra biex nikkofinanzjaw il-grantsJekk se tnaqqsulna l-bilanc ghal €60 miljun fis-sena, il-maggoranza zgur telliefa tohrog bl-ispejjes li bambaltulna!"

Dakinhar il-Gonz kien qaghad jaqralu l-poeziji hajku ta' Franco DiBono. Van Rompuy mal-ewwel gharaf x'rispett kellu l-Gonz - mhux bhal dak l-imxajtan Brittaniku li jhobb jikxifli ghawarti, kien haseb, hekk kif hass ghonqu jinghafas taht il-kullar.
 
"Wara kollox, dan se jkun l-ahhar budget fejn se ddahhlu iktar milli tohorgu," kien qallu Van Rompuy. "Nghaddilek kelma, Lorenzu. Jekk ikollkom €621 miljuni, mhux tajjeb?"
 
"Ahna xtaqna imqarr €680 miljun, tnaqqis ta' 20%," kien qallu l-Gonz imbikkem.
 
Dakinhar, il-Gonz kien ghamillu weghda ta' hafna iktar hajku, basta jaqdieh meta jasal il-waqt.
 
U l-waqt kien wasal illum, it-8 ta' Frar 2013 - it-tieni jum tas-summit.
 
Il-Laqghat Gholja ta' Brussell minn dejjem inkwetawh u llum kien ferm agitat ghax kienu qed jghidulu li mhux se jiehu xejn izjed milli tah Van Rompuy.  Biex tghaqad, kien ghad ma rnexxilux ikellem lil Van Rompuy, li kien tbissimlu b'tehmiza mill-boghod gurnata qabel, izda zgiccalu kif rah gej lejh.
 
Illum il-Gonz ma kienx se jhallieh jizgicca. Mar kmieni jistennieh fil-bini tal-Kunsill u kif rah diehel fil-foyer hariglu minn wara l-purtiera.
 
Van Rompuy inhasad: "My Maltese hajku friend," qallu, hekk kif fetah idu u berraq ghajnejh.
 
Il-Prim Qaddej Malti baxxa rasu u bieslu idu.
 
Kellu bzonn kollha bhal dal-qaddej umli, qal bejnu u bejn ruhu José Manuel Durão Barroso kif lemah dan it-teatrin, waqt li taparsi ma kienx qed jaghti kaz. Tghid lili jbusli idi? Wara kollox, jien il-President tal-Kummissjoni... il-Gvern Ewropew... il-Politburo!
 
"Xtaqtek kieku tghidli f'hix qeghdin, Ja Sidi...," laqlaq il-Gonz. "Ftakar li int kont wghedtni €680 miljun..."
 
"Le, le, le, le, ma weghdtek xejn jien," qataghlu Van Rompuy. "Li weghdtek kien li nghaddilek kelma jekk tibda tbusli idi fil-pubbliku. Kellek ukoll iggibli iktar hajku."
 
"Ijja, bil-gzuz gibtlek," tarrafflu l-Gonz, ecitat. "U iffirmajthom kollha Franco DiBono kif xtaqt int."
 
"Jghogobni wisq dak l-isem," tennilu Van Rompuy, hekk kif hares fix-xejn lontan. "Franchody Bono... Sabih wisq! Jien ukoll irrid nibda nikteb taht psewdimonju..."
 
"Rigward dawk is-680 miljuni..." rega' tarraflu l-Gonz.
 
Izda dlonk dahal fil-konversazzjoni José Manuel Durão Barroso: "Smajt li m'ghagbin kemm tqattghu kbir intom il-Maltin, Lonz," qallu bid-dahqa biex jitmejjel bih.
 
"Mhux daqs il-Portugizi," irrisponda l-Gonz. "Ghax fil-hajja kollox relattiv,  Hozé, u m'ahniex qisna tappijiet tas-Seven Up," komplielu, fin, fin, hekk kif ehemz lil Van Rompuy, li kien ghoddu carrat halqu bid-dahq kif innota li l-Gonz kien filfatt iqsar minn Barroso.
 
Barroso dar fuq Van Rompuy: "X'inhu jghidlek dal-hmar gurdien? Ara tafdahx, ghax tahsbu ta' subajh f'halqu imma tghidx x'pirata fih..."
 
"Kont qed nghidlu li ahna l-Maltin haqqna iktar fondi ghax fil-bailout lill-Portugall kien hemm flusna wkoll," irrispondieh il-Gonz, li issa beda' jaghmel l-arja b'Van Rompuy hdejh. "Dan, barra l-fatt li l-ligijiet u l-burokrazija li qed treddghulna qed jiswewna bagatella."
 
Izda Barroso kompla jiehdu biz-zuffjett.
 
"Issa soffu, Lonzu, hi," qallu, waqt li taptaplu fuq sidru.  "Wara li dahlu r-Romanija u l-Bulgarija intom hadtu promotion. Missek tkun kburi, ja zvinturat! Kellkom daqstant fondi u qas kontu kapaci tehduhom kollha..."
 
Il-Gonz kien lest ghal glied. 
 
"L-Irlanda ghadhom kemm ghamlu deal mal-Bank Centrali Ewropew," qallu, qisu Mintoff fl-aqwa tieghu. "Frankawlhom €20 biljuni f'dejn attwali. Zgur li ahna se naqsmu ftit mis-sofferenzi flimkien mal-bqija tal-ilsiera fiz-Zona Ewro, le?"
 
"Dwar dak staqsi lil Mario Draghi mhux lilna. Ahna l-budget jinteressana. Fejn kont int meta jien kont qed nitlob triljun ewro u 91 biljuni biex inqassamhom madwar id-dinja?" staqsieh Barroso, b'dahqa sfumata f'rabja fina.
 
Il-Gonz baqa' kwiet qisu fenek mahsud.
 
"Il-Bebbux ma jittallabx, Lonzu," tenna Barroso b'harsa herqana. "Il-bebbux jispera biss li ma jispiccax catt taht xi zarbuna."
 
Il-Gonz hares lejn Van Rompuy ghall-appogg. Barroso kien ihobb jittikah. Kien isibu tifel sew. Ta' eks Marksista Maoista li kien, Barroso kien mexa' triq ferm diversa minn dik tal-azzjonikattolka li trawwem fiha c-ckejken Lorenzo.
 
Illum Barroso kien lahaq apparatchik semi-potenzjali globalista. U l-Gonz kien il-Prim Qaddej ta' nazzjon illuppjat imjassar bit-taxxi u d-djun.
 
Mhux hekk Van Rompuy, li kien gie mahtur mill-kbarat nett biex ihares fuqna u jiskansana minn kull ghawg u sukkors ta' awto-sufficjenza... lejn dipendenza assoluta fuq erba' manigoldi imbroljuni bil-jedd li joholqulna flusna mill-arja u jisilfuhomlna jekk nobduhom.
 
Fil-gerarkija globalista, Van Rompuy, mibghut specjali mill-allat foloz, kien ghola minn Barroso, bidillu obbidjenti u Kapò tal-Politburò.
 
"Ejja," qallu Van Rompuy, hekk kif qabad lill-Gonz lambranzetta. "Taghtix kazu. Dak jiccajta mieghek. Ejja ha taqrali naqa hajku ghax ghandi affarijiet sbieh xi nghidlek..."
 
Van Rompuy hadu f'sala kwieta b'hafna statwi ta' imperaturi Rumani bi skjavi Punici inkatenati ma' genbhom.
 
"Int u Kardu Kakija Karwana ghandkom tibqghu sal-ahhar," qallu, "sakemm ikunu telqu l-kbarat u jkun fadal il-laqx, kollha ghajjenin mejta... Jekk tisma' minni tafu tiehdu iktar minn kemm hdimtielkom jien."
 
"Se niehdu €680 miljun?" staqsieh il-Gonz, herqan.
 
"Le, le, le, insihom dawk. Forsi jaghtuk sitt miljuni iktar milli hdiemtielek jien. Sa €627 miljun ghandek cans, dejjem jekk tisma' minni... u jalla did-darba jirnexxielkom tapplikaw ghalihom kollha!"
 
Il-Gonz hadimha fis-sena kemm tigi. Lanqas 90 miljuni!  Dak il-hin ftakar fil-'Mitt Miljun Liri Maltin fis-Sena'. 
 
U issa spiccajna  b'Lm37 miljuni... dejjem jekk jirnexxielna nehduhom...
 
"Jien €680 miljun qed nghidilhom lill-Maltin... u gejja elezzjoni u t-tkaxkira..."
 
Van Rompuy hass ghalieh. "Int ghalfejn ghandek issemmi s-627 miljuni," qallu. "Tista' tilghaba li l-kontribuzzjoni ta' €501 miljun ma jezistux u tghidilhom:
 
"Success fenomenali! Irnexxielna nakkwistaw €1.128 biljuni u daqshekk, ieqaf hemm, hallihielhom ma saqajhom."
 
Il-Gonz gibed tbissima. Hekk kien se jaghmel, anyway.
 
"Imma, ejja, tridx l-ewwel taqrali ftit hajku...," qallu Van Rompuy, waqt li hareg ktejjeb minn go hziemu. "Ha nibdew billi naqralek wahda minn tieghi...
 
"Ara, din il-hajku iddedikajtha lill-Maltin kollha:
 
"Fondi Ewropej. 
Il-habel jinghata.
Tal-Griegi kien
ferm, ferm twil."
 
____________________________________________
 
UPDATE 1: Buffu Journalism Award Winner: The Malta Independent (09.02.2013)
PM warns Labour would throw away the €1.128 billion EU package


In truth, not even Van Rompuy's €621m proposal was certain until, at the very end, they clinched an extra €6m for a net balance of €627m (that is, €1.128 billion minus Malta's contribution of €501m)

UPDATE 2: Lazy Lady Deafley, as gullible and oblivious as ever, swallows the bait and believes that Gonzi got double what was on offer. She thinks €680mln were on offer (actually €621m was Van Rompuy's proposal) and that Gonzi doubled it. But Gonzi failed to get the €680m he sought. Far from getting double, he got €627m, which is €53m less than the €680 he was asking for. 

What a twat, really. She's €500 million off the mark, has no clue of what's really going on, yet so presumptious and self-righteous you'd think she runs the place.

Below is a screenshot of Daphne Caruana Galizia's Runny Nosebook page. Click to enlarge: 


WHAT A TWAT!

UPDATE 3: The twat then dedicates her TMIS (10.02.2013) article to Gonzi's stunning success:

"Lawrence Gonzi and his aides secured €1,128 million in funds for Malta. This is twice what was offered at the start of negotiations late last year, and considerably more than the €855 million they obtained for Malta in the 2005 negotiations for the current 2007 to 2013 budget." (screenshot)

Daphne Caruana Galizia has finally proven she's a twat you can soundly ignore. The same goes for the newspaper that publishes her nonsense: The Malta Independent.

 ____________________________________________
Related: