Sajmint Buzuttin Jitkaxkar fis-Silla

Din mhux telfa, din tkaxkira, tennilu l-Bondiloo bir-rawa f'halqu, hekk kif il-Gonz rega' ikkonfermalu: Iva, din kienet tkaxkira, u l-htija qed ingorrha kollha wahdi.

U hemm, ma genb il-Gonz waqt il-konferenza stampa, f'mohh il-Vici Kap Sajmint Buzuttin kien qed iberren messagg wiehed:

Biex ma tahsbux li Sajmint Buzuttin ghandu xi htija!

Ghandu ragunmiskinSajmint nizel fostna mit-Torri tal-Ivorju fi Brussell biex jitmaghna s-silla fina tieghu. Mhux tort tieghu li tilfet is-sugu. Prova anke fl-ahhar meeting tal-fosos jaddattaha ghal opra kantata:

"Huti Nazzjonalisti," kien kantalhom bil-falzett oscuro vibrato, "Joseph Muscat kien qalilkom li rebah il-partnerxipp. Imbaghad qalilkom li kkonverta. U issa tant ikkonverta li se jibghat lil Alfred Sant jirraprezentakom fil-Parlament Ewropew..." (video tal-kantaliena hawn).
 
Kif semmaisem Alfredo Dos Santos kien instema' ibbuwjar wiesgha mill-mijiet ta' eluf ta' fanatici li honqu l-fosos, biex imbaghad Sajmint kien indirizza lil Joseph personalment u b'vuci niggieza ta' Otellu qallu: 

"SHAME. ON. YOU."

Izda dan kien ormaj akwa passata u Sajmint Buzuttin kien ga nesa' lil Joseph u dawwar qrunu lejn il-konfoffa li kienet qed tberren kontrieh fi hdan il-Partit tal-Maduma u l-Istalletti.

Ghax Sajmint issa qas biss kien cert mill-kariga ta' Kapo Minoreahseb u ara dik taKapo Maggiore!

"Ghandu jkun hemm process ta' tigdid qawwi fil-Partit Nazzjonalista," tarfilhom il-Gonz waqt il-Konferenza. "Il-Partit irid jerga' jiskopri l-gheruq fundamentali tieghu..." 

U peress li l-apparatchik pro-federalista EwropewSajmint Buzuttinjissimbolizza dak kollu li hu meqjus anti-nazzjonalista, nistghu nobsru li anki l-Gonz intebah li s-silla ta' Sajmint ilha skaduta minn mindu salvatna l-Ewropa mill-jasar tal-helsien u bdiet iddejjilna l-munita taghha, flok il-Lira Maltija li fuqha ma konna nhallsu l-ebda imghax.