Is-Sigriet wara r-Rubini


MILL-ARKIVJI TAL-ISTORJA 
- LOKALITA: KWARTIERI TAL-PIETA


• Sajmint Buzuttin kien jaf li GonziPN kien jimxi fuq ir-rubini. Izda llum kienet gurnata specjali. Il-Gonz kien se jurieh is-sigriet wara r-rubini tal-Kbir Eddie.

Wasal il-Kwartieri tal-Pieta b'wiccu pjetuz. Kien pjuttost tard. Sab lill-Gonz jistennieh, wiccu bajdani, ghajnejh sofor lellux - il-kampanja kienet gherrietu qabel bdiet.

Lil Sajmint dan ma kkonfondieh xejn. Iktar ma jitgherra, iktar insir kapo malajr, haseb, waqt li hares lejn il-proxmu fjakk sedut kwiet, kwiet fir-rokna tal-ufficju.  Issa dan xiz-zokk qed jaghmel hawn?

"Sejjaht ukoll lil Pawlu Bulculuvier," tarraflu l-Gonz malli lemah wicc Sajmint jitfantas. "Jehtieg li naqsam wirt il-Kbir Eddie maghkom it-tnejn."


Il-Gonz intefa' fuq il-pultruna l-favorita tieghu - l-istess pultruna li kien hallielu l-Kbir Eddie mal-wirt (ir-ritratt ittiehed fl-2004).

"Qabel ma nikxfilkom is-sigriet tar-rubini, nixtieq naghmilha cara li l-arti tal-illuzzjoni tibda mis-slogans," beda l-Gonz, waqt li neza z-zarbun u l-peduni u beda jghorok is-swaba ta' saqajh.
 
"Skuzawni, irgiel, imma ghandi kallijiet f'saqajja iktar milli kelli backbenchers fuq l-istonku," tarfilhom, hekk kif xamm subajh u qarras wiccu.
 
Pawlu Bulculuvier beda jferfer denbu. Kien ihobbhom wisq is-slogans tal-Partit. Rebbiegha Gdida kienet il-favorita tieghu ghax kien cert li nebbhet lil GorgSoros ghall-Arab Spring ta' terrur demokratizzanti.
 
Sajmint ma qal xejn. Hsiebu kien bejn halltejn. 
 
Jekk nirbhu l-elezzjoni zgur kulhadd jghid li bis-sahha tieghi - insir celebrita mil-lejl ghan-nhar, kien qed jahseb.  
 
U jekk jirbhu tal-Labour tajjeb ukoll, ghax il-Gonz jitlaq u nsir Kapo minnufih..., kompla jikkalkula, issa bi tbissima ta' xalatur fin. U l-bailout jerdghuh huma, inwahhlu fihom, biex jien imbaghad inkun is-salvatur...
 
Sadattant, il-Gonz u Bulculuvier kienu donnhom iltaqghu fuq l-istess binarju.
 
"L-islogan favorit tieghi tal-mitt miljun fondi mill-EU," qallu l-Gonz donnu kien qralu mohhu.
 
Mal-mitt miljun Sajmint qomos minn postu. 
 
"Ara ma ssemmux il-mitt miljun," wissihom b'fermezza ta' apparatchik Ewropew semi-automatic.
 
"U jien nghidlek li b'dak l-islogan irbahnieh ir-referendum, anki jekk int bellajtilhom ross ferm fin bil-labra waqt li Dos Santos qasam lill-LE fi tlieta," tennilu pront, pront il-Gonz waqt li rega' libes il-peduni.  Imma dawn haslithomli Katie, jew twiethomli nkallati?
 
"Mitt miljun liri Maltin fis-sena, e! €240 miljun dawk! Zgur qatt m'hu se jkun," qallu Sajmint, b'wiccu mbikkem. "Mur ghidlu lil poplu li fl-2009 kull ma kkwistajna kienu Lm3 miljuni w nofs..."
 
"Isma, fl-2009 hrigna €64 miljuni f'kontribuzzjonijiet ghall-budget tal-EU u dahhalna €71 miljuni fi progetti u skemi ghall-hbieb tal-hbieb! Mhux tajjeb morna, jew?" sahaq il-Gonz, bhallikieku ghal dan Malta kienet rahniet gildha, ruhha u wildha.
 
"Qas haqq l-ispejjes enormi tas-shubija," kompla Bulculuvier, mistghageb minn fejn hareg hekk dlonk dan l-gherf.
 
Il-Gonz hares lejhom b'rabja imbikkma, u lehnu issa kien zorr u morr. "Irgiel! Fit-2011 morna tajjeb ferm, akkwistajna bilanc ta' kwazi Lm28 miljuni mil-fondi Ewropej, mela insejtu?"
 
Dak il-hin waqghu mis-sema hames sekondi ta' hemda fejn kull ruh protagonista setghet tixtarr ir-realta kiefra qalb il-fantazija tal-politiketta Maltija.
 
Tal-mitt miljun kienet hrafa li belahha kwazi kulhadd, inkluz Sajmint innifsu, li dak iz-zmien kien il-Kapo tal-Public Information Centre for EU Membership Propagation and Ross bil-Labra.

"Lm100 miljun fis-sena imghax daqt, imma! Dik verita assoluta," qallhom Bulculuvier, li issa beda jiehu pjacir jirritahom. Wara kollox, x'kienu il-£65 miljun dejn li kien halla Gorg Bulculuvier meta tqabbilhom mal-biljuni tal-Kbir Eddie li issa resqin lejn il-€5 biljuni...?!
 
"Ejjew, qumu minn hemm. Issa se ssiru tafu kif jirnexxielna nibqghu fil-gvern."
 
Il-Gonz issa kien donnu gie f'tieghu.  Kien se jehodhom x'imkien il-boghod. Kien hemm xi mina taht l-art li taghti ghal bahar sigriet, qallhom.
 
Sajmint beda jinteressa ruhu. L-arti tal-illuzzjoni kien jafha sew, izda r-Rubini tal-Kbir Eddie kienu jikkonsistu f'magija fuq livell ultra-dimensjonali.
 
"Issa tkun taf ghala kaxkart lil Pawlu maghna," qallu l-Gonz minn taht l-ilsien bi tbissima arciveskovili hekk kif rikbu fil-karozza u saqu lejn ix-xefaq vertikali tal-orizzont Malti.